Festivals, Fondi u Inizjattivi tal-KNK għall-2024: Id-dati ewlenin


Fid-19 ta’ Jannar 2024, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) tella’ l-Laqgħa Annwali ta’ Konsultazzjoni għall-Awturi u l-Pubblikaturi, li fiha tħabbru d-dati tal-avvenimenti u l-inizjattivi ewlenin għall-2024, fosthom il-mistenni Festival Nazzjonali tal-Ktieb u r-reviżjoni tad-dati tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Waqt il-laqgħa, il-KNK leħħen il-viżjoni tiegħu għat-tnax-il xahar li ġejjin waqt li ġabar kummenti u suġġerimenti siewja mill-imsieħba.
Matul is-sena 2024, il-KNK se jkun qed jiżviluppa strateġija nazzjonali komprensiva. L-istrateġija se tindirizza l-isfidi ewlenin li qed taffaċċja l-industrija tal-pubblikazzjoni, u dawn se joħorġu fil-beraħ fin-numru ta’ laqgħat u sondaġġi li se jsiru mal-imsieħba matul din is-sena. Il-KNK se jiġbor id-dejta meħtieġa għat-tfassil ta’ objettivi għall-futur qrib flimkien ma’ politiki u programmi li jippromwovu t-tisħiħ tal-industrija tal-ktieb f’Malta. Id-dokument tal-istrateġija se jitnieda f’Diċembru 2024 u se jiddeskrivi b’mod ċar il-mixja u l-viżjoni għall-ġejjieni kemm tal-KNK kif ukoll tal-industrija lokali tal-pubblikazzjoni.
Bħala parti mill-impenn tagħna biex nirrappreżentaw l-identità u l-missjoni tal-KNK permezz tal-immaġni tal-brand tiegħu, ittieħdu l-ewwel passi lejn it-tiġdid tal-logo tal-KNK. Flimkien ma’ xeħta ġdida lis-sit, it-tiġdid tal-immaġni tal-brand tal-KNK se tikkumplementa t-tnedija tad-dokument tal-istrateġija lejn l-aħħar tal-2024.
Dis-sena, l-appuntament annwali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jkun mis-6 sat-10 ta’ Novembru. Il-post se jitħabbar wara li jitlesta l-proċess ta’ prokura pubblika meta jingħata t-tender. Mill-banda l-oħra, iċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb se ssir qabel il-festival fl-20 ta’ Settembru u fiha se jiġu ppremjati l-kategoriji tal-kotba għall-adulti kif ukoll dawk tal-Premju Terramaxka għat-tfal u l-adolexxenti. Id-dati riveduti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb jirriflettu l-estensjoni tat-tieni fażi tal-aġġudikazzjoni li twassal għal-lista l-qasira.
L-esportazzjoni letterarja hija vitali għall-industrija tal-kotba Maltija, u l-KNK iħabrek kontinwament sabiex iqabbad awturi lokali ma’ pubblikaturi barranin. Il-Kunsill kommess biex fl-2024 idomm numru ta’ kotba Maltin eleġibbli għat-traduzzjoni u pubblikazzjoni f’katalgu ta’ drittijiet ta’ barra, li se jiftaħ tieqa fuq il-letteratura kontemporanja Maltija lis-suq tal-pubblikazzjoni barrani. Dan il-katalgu se jitqassam f’kull fiera tal-kotba internazzjonali li se jattendi l-KNK fl-2024.
Il-kalendarju għall-2024 tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb iwiegħed sena ta’ ċelebrazzjoni tal-letteratura Maltija kemm lokalment kif ukoll barra minn xtutna. B’ħeġġa niktbu dan il-kapitlu l-ġdid mal-imsieħba fl-industrija.
IL-PREMJU NAZZJONALI TAL-KTIEB
Ftuħ is-sejħa: it-13 ta’ Frar
Għeluq is-sejħa: id-29 ta’ Frar
Iċ-ċerimonja: l-20 ta’ Settembru
Aktar informazzjoni hawnhekk.
Ħarsa ħafifa:
– 8 premji għall-adulti bejn kategoriji letterarji u ta’ riċerka, u 6 għat-Terramaxka (kotba għat-tfal u l-adolexxenti)
– Konkors kompetittiv
– Aġġudikazzjoni indipendenti
Premi għal xogħlijiet oriġinali: €4,000
Premji għal traduzzjonijiet (Terramaxka biss): €2,000
Premji Speċjali: €4,000
Premji għall-pubblikaturi rebbieħa: €1,000
IL-FESTIVAL TAL-KTIEB FUQ IL-KAMPUS
Dati: bejn l-20 u t-22 ta’ Marzu
Applikazzjoni għall-esebituri: mit-12 sas-17 ta’ Jannar
IL-FESTIVAL NAZZJONALI TAL-KTIEB
Id-dati tal-Festival: mis-6 sal-10 ta’ Novembru
Applikazzjoni għall-esebituri: mis-16 ta’ April sal-10 ta’ Mejju
Aktar informazzjoni hawnhekk.
IL-KONKORS TA’ LETTERATURA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ
Ftuħ is-sejħa: it-23 ta’ Jannar
Għeluq is-sejħa: it-2 ta’ Settembru
Iċ-ċerimonja: l-10 ta’ Jannar 2025
Aktar informazzjoni hawnhekk.
IL-LONDON BOOK FAIR
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jirrappreżenta lill-awturi u pubblikaturi Maltin waqt il-London Book Fair, li se ssir bejn it-12 u l-14 ta’ Marzu.
Ħarsa ħafifa:
– inqajmu interess fil-kotba Maltin ma’ pubblikaturi u aġenti internazzjonali permezz ta’ katalgu ta’ drittijiet ta’ barra;
– niltaqgħu ma’ kuntatti antiki u aġenziji letterarji ġodda sabiex niffaċilitaw ftehimiet ġodda;
– intellgħu seminar u sessjonijiet ta’ qari sabiex nippromwovu l-letteratura Maltija ma’ qarrejja u pubblikaturi interessati.
IL-KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA DOREEN MICALLEF
Ftuħ is-sejħa: l-14 ta’ Mejju
Għeluq is-sejħa: it-22 ta’ Lulju
Aktar informazzjoni hawnhekk.
Ħarsa ħafifa:
L-ewwel premju: €1,000
It-tieni premju: €500
It-tielet premju: €200
– Aġġudikazzjoni indipendenti
– Il-poeżiji evalwati anonimament
– Konkors kompetittiv
– Għal poeżiji bil-Malti li ma jaqbżux is-36 vers
IL-FOND MALTI TAL-KTIEB
Ftuħ is-sejħa: is-26 ta’ Marzu
Għeluq is-sejħa: l-24 ta’ Mejju
Tħabbir tar-riżultati: it-23 ta’ Lulju
Aktar informazzjoni hawnhekk.
Ħarsa ħafifa:
Somma annwali: €120,000
Għotja massima: €500-€5,000
– Għal kotba fi stadju ta’ proġett (mhux ippubblikati)
– Biex jitwieżnu pubblikazzjonijiet mhux kummerċjabbilment vijabbli
– Biex iwieżen traduzzjonijiet mill-Malti u għall-Malti
– Biex iwieżen ir-ripubblikazzjoni lokali ta’ kotba Maltin li m’għadekx issibhom fl-istampa
– Biex iwieżen it-traduzzjoni ta’ siltiet minn kotba li jintużaw biex iqajmu l-interess ta’ pubblikaturi lokali u internazzjonali
– Aġġudikazzjoni indipendenti
JEDDIJIET TAS-SELF PUBBLIKU (PLR)
Applikazzjonijiet milqugħa s-sena kollha
Il-formola tal-applikazzjoni u aktar informazzjoni hawnhekk.
Ħarsa ħafifa:
Somma annwali: €60,000
Ħlas massimu f’sena: €5,000
– Għal awturi; koawturi; illustraturi u fotografi (50% jew aktar mill-kontenut); edituri
– Ħlas maħruġ kull tliet xhur
– Skema estiża għal kotba mislufa mil-Librerija tal-Università ta’ Malta (ISBNS lokali) – maħruġ kull sena
– Fondi allokati għal kull perjodu li jinqasmu bil-perċentwal skont l-istatistika tas-self
ISBN u ISMN
Applikazzjonijiet milqugħa s-sena kollha
Il-formola tal-applikazzjoni u aktar informazzjoni hawnhekk.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb – X’inhu xogħolna?
– norganizzaw avvenimenti nazzjonali u internazzjonali, minn uħud żgħar sa oħrajn kbar: il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus;
– naġixxu bħala aġenzija letterarja għall-awturi u l-pubblikaturi f’fieri tal-kotba barra minn Malta;
– norganizzaw konkorsi letterarji;
– namministraw il-ħlasijiet tal-jeddijiet tas-self pubbliku (PLR), u l-ISBN u l-ISMN;
– nikkordinaw, niffaċilitaw, u nissussidjaw proġetti lokali u ta’ esportazzjoni letterarja (Il-Fond Malti tal-Ktieb);
– namministraw fondi awdjoviżivi għal produzzjonijiet ta’ kotba relatati mal-letteratura