Home / News / Festivals, Fondi u Inizjattivi tal-KNK għall-2023: Id-dati ewlenin back to news Festivals, Fondi u Inizjattivi tal-KNK għall-2023: Id-dati ewlenin Esportazzjoni letterarja • Festivals • Fond Malti tal-Ktieb • Fondi • Inizjattivi • Konkorsi Letterarji • London Book Fair • Other • Premju Nazzjonali tal-Ktieb 6th February, 2023 Fis-26 ta’ Jannar il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) tella’ l-Laqgħa Annwali ta’ Konsultazzjoni għall-Awturi u l-Pubblikaturi, li fiha tħabbru d-dati tal-avvenimenti u l-inizjattivi ewlenin tiegħu għall-2023, fosthom ir-reviżjoni strateġika tad-dati tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Il-Kunsill informa lill-imsieħba dwar il-bidliet fil-Fond Malti tal-Ktieb u l-applikazzjoni għall-ISBN/ISMN, u leħħen il-viżjoni tiegħu għat-tnax-il xahar li ġejjin. Il-pjan ta’ żvilupp tal-KNK għal bejn l-2023 u l-2024 iwieżen lill-imsieħba sabiex dawn ikollhom lok fejn jikbru, u jimmira li jtejjeb il-qagħda tal-ktieb Malti lokalment u lil hinn. L-objettiv tal-KNK hu li jissaħħaħ fit-trasparenza u l-qsim tal-informazzjoni dwar dak li għandu x’jaqsam mal-amministrazzjoni tal-konkorsi u l-premji, u anki fis-servizzi kollha offruti lill-imsieħba. F’dad-dawl, il-KNK se jkun qed jaħdem mal-NSO sabiex fil-ġimgħat li ġejjin jitnieda s-Sondaġġ dwar l-Entitajiet Pubbliċi għall-2022, b’damma ta’ mistoqsijiet ġodda li jirriflettu aħjar ir-realtajiet tal-industrija tal-kotba f’Malta. Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb – appuntament annwali għal dawk kollha li jħobbu l-kotba u l-qari – se jsir mit-18 sat-22 t’Ottubru l-MFCC, filwaqt li ċ-ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb se ssir fl-24 ta’ Novembru u fiha se jiġu ppremjati l-kategoriji tal-kotba għall-adulti kif ukoll dawk tal-Premju Terramaxka għat-tfal u l-adolexxenti. Il-KNK qed jaħdem sabiex ikun hemm patrunaġġ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb li jagħmillu ġieħ u jgħolli l-istatura tiegħu. Ix-xogħol għaddej fuq kampanji promozzjonali u ta’ marketing multimedjali, fosthom kampanja ta’ trailers dwar kotba u t-tieni serje ta’ poddati letterarji. L-esportazzjoni letterarja hija vitali għall-industrija tal-kotba Maltija, u l-KNK iħabrek kontinwament sabiex iqabbad awturi lokali ma’ pubblikaturi barranin. Il-Kunsill kommess sabiex fl-2023 u l-2024 isaħħaħ il-kuntatti barranin li għandu u jixpruna inizjattiva sabiex titwaqqaf aġenzija letterarja u l-infrastruttura li twieżen lil awturi u pubblikaturi biex jidħlu fi swieqi tal-pubblikazzjoni barranin. Inħarsu ’l quddiem għal sena mimlija xogħol, kotba, u letteratura. DATI EWLENIN IL-PREMJU NAZZJONALI TAL-KTIEB Ftuħ is-sejħa: l-14 ta’ Frar Għeluq is-sejħa: is-7 ta’ Marzu Iċ-ċerimonja: l-24 ta’ Novembru Aktar informazzjoni hawnhekk. Ħarsa ħafifa: – 8 premji għall-adulti bejn kategoriji letterarji u ta’ riċerka, u 6 għat-Terramaxka (kotba għat-tfal u l-adolexxenti) – Konkors kompetittiv – Aġġudikazzjoni indipendenti Premi għal xogħlijiet oriġinali: €4,000 Premji għal traduzzjonijiet (Terramaxka biss): €2,000 Premji Speċjali: €4,000 IL-FESTIVAL TAL-KTIEB FUQ IL-KAMPUS Dati: bejn it-22 u l-24 ta’ Marzu Applikazzjoni għall-esebituri: mit-30 ta’ Jannar sas-6 ta’ Frar IL-FESTIVAL NAZZJONALI TAL-KTIEB Id-dati tal-Festival: mit-18 sat-22 ta’ Ottubru Applikazzjoni għall-esebituri: mill-15 ta’ Mejju sat-12 ta’ Ġunju Aktar informazzjoni hawnhekk. IL-KONKORS TA’ LETTERATURA GĦAŻ-ŻGĦAŻAGĦ Ftuħ is-sejħa: l-24 ta’ Jannar Għeluq is-sejħa: l-1 ta’ Settembru Iċ-ċerimonja: it-12 ta’ Jannar 2024 Aktar informazzjoni hawnhekk. IL-LONDON BOOK FAIR Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb se jirrappreżenta lill-awturi u pubblikaturi Maltin waqt il-London Book Fair, li se ssir bejn it-18 u l-20 ta’ April. Ħarsa ħafifa: – inqajmu interess fil-kotba Maltin sabiex dawn jidħlu fi swieqi barranin – niltaqgħu ma’ kuntatti antiki u aġenziji letterarji ġodda sabiex niffaċilitaw ftehimiet ġodda; – intellgħu seminar u sessjonijiet ta’ qari sabiex nippromwovu l-letteratura Maltija ma’ qarrejja u pubblikaturi interessati IL-KONKORS NAZZJONALI TAL-POEŻIJA DOREEN MICALLEF Ftuħ is-sejħa: it-13 ta’ Ġunju Għeluq is-sejħa: id-19 t’Awwissu Aktar informazzjoni hawnhekk. Ħarsa ħafifa: L-ewwel premju: €1,000 It-tieni premju: €100 It-tielet premju: €50 – Aġġudikazzjoni indipendenti – Il-poeżiji evalwati anonimament – Konkors kompetittiv – Għal poeżiji bil-Malti li ma jaqbżux is-36 vers IL-FOND MALTI TAL-KTIEB Ftuħ is-sejħa: it-12 ta’ April Għeluq is-sejħa: il-5 ta’ Ġunju Tħabbir tar-riżultati: l-1 t’Awwissu Aktar informazzjoni hawnhekk. Ħarsa ħafifa: Somma annwali: €120,000 Għotja massima: €500-€5,000 – Għal kotba fi stadju ta’ proġett (mhux ippubblikati) – Biex jitwieżnu pubblikazzjonijiet mhux kummerċjabbilment vijabbli – Biex iwieżen traduzzjonijiet mill-Malti u għall-Malti – Biex iwieżen ir-ripubblikazzjoni lokali ta’ kotba Maltin li m’għadekx issibhom fl-istampa – Biex iwieżen it-traduzzjoni ta’ siltiet minn kotba li jintużaw biex iqajmu l-interess ta’ pubblikaturi lokali u internazzjonali – Aġġudikazzjoni indipendenti JEDDIJIET TAS-SELF PUBBLIKU (PLR) Applikazzjonijiet milqugħa s-sena kollha Il-formola tal-applikazzjoni u aktar informazzjoni hawnhekk. Ħarsa ħafifa: Somma annwali: €60,000 Ħlas massimu f’sena: €5,000 – Għal awturi; koawturi; illustraturi u fotografi (50% jew aktar mill-kontenut); edituri – Ħlas maħruġ kull tliet xhur – Skema estiża għal kotba mislufa mil-Librerija tal-Università ta’ Malta (ISBNS lokali) – maħruġ kull sena – Fondi allokati għal kull perjodu li jinqasmu bil-perċentwal skont l-istatistika tas-self ISBN u ISMN Applikazzjonijiet milqugħa s-sena kollha Il-formola tal-applikazzjoni u aktar informazzjoni hawnhekk. Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb – X’inhu xogħolna? – norganizzaw avvenimenti nazzjonali u internazzjonali, minn uħud żgħar sa oħrajn kbar: il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb, il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus; – naġixxu bħala aġenzija letterarja għall-awturi u l-pubblikaturi f’fieri tal-kotba barra minn Malta; – norganizzaw konkorsi letterarji; – namministraw il-ħlasijiet tal-jeddijiet tas-self pubbliku (PLR), u l-ISBN u l-ISMN; – nikkordinaw, niffaċilitaw, u nissussidjaw proġetti lokali u ta’ esportazzjoni letterarja (Il-Fond Malti tal-Ktieb); – namministraw fondi awdjoviżivi għal produzzjonijiet ta’ kotba relatati mal-letteratura SHARE POST Related Articles Il-Fond Malti tal-Ktieb jimxi totalment online u jiżdied fl-allokazzjoni għall-2025 Fondi 17th March, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi branding ġdid! News 5th March, 2025 Read More Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 25th February, 2025 Read More Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More Ir-Rapport Annwali tal-KNK għall-2024 Other 4th February, 2025 Read More Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More view all similar news
Il-Fond Malti tal-Ktieb jimxi totalment online u jiżdied fl-allokazzjoni għall-2025 Fondi 17th March, 2025 Read More
Sejħa għal Delegati: Malta magħżula bħala l-Pajjiż Fokus għall-Mediterranea Publishing Fellowship Other 28th February, 2025 Read More
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb waqt il-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 25th February, 2025 Read More
Il-KNK u l-Wikimedia Malta jħabbru l-Wikimedians in Residence għall-Proġett tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb Other 20th February, 2025 Read More
Jiftħu l-Applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2025 Other 17th February, 2025 Read More
Il-KNK isaħħaħ il-preżenza tal-imsieħba fil-London Book Fair 2025 Esportazzjoni letterarja 11th February, 2025 Read More
Festivals, Fondi u Inizjattivi għall-2025: Dati Ewlenin Esportazzjoni letterarja 29th January, 2025 Read More
Ejja sal-London Book Fair 2025 mal-KNK: Biljetti għall-Imsieħba tal-KNK minn Malta Esportazzjoni letterarja 13th January, 2025 Read More