NBP WEB BANNER MLT 1920x583px
Irvin Vella - John A Bonello

Irvin Vella: Il-Każ tat-Tfajla Maħtufa

Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Letteratura għaż-Żgħażagħ’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022

 

Is-sitt misteru għall-iktar investigatur popolari fil-letteratura Maltija għat-tfal: Irvin Vella. Il-pulizija qed tinvestiga l-ħtif ta’ Jess Green, tfajla ta’ tmintax-il sena li kienet btala Malta. Kollox jindika li l-ħati huwa wieħed imsejjaħ il-Vleġġa. Iżda Irvin Vella mhux konvint.

Pubblikatur
Merlin Publishers

Sena tal-pubblikazzjoni:
2021

John A. Bonello

Awtur: John A. Bonello

Rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb sitt darbiet, John Bonello huwa kittieb minn Ħad-Dingli li jikteb fantasija, fantaxjenza u stejjer investigattivi għal qarreja tfal, żgħażagħ u kbar. Fost l-aktar kotba popolari tiegħu hemm is-serje investigattiva għat-tfal Irvin Vella, Investigatur Virtwali, it-triloġija YA bl-isem Il-Logħba tal-Allat u d-duwoloġija għall-adulti Unus Mundus. Ta’ spiss iżur skejjel biex jiltaqa’ ma’ studenti u jkellimhom dwar il-kitba kreattiva.

NBP FINALISTS 1080x1080px MLT