L-Interrogazzjoni - Alfred Buttigieg

L-Interrogazzjoni

Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Drama’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022

 

Il-punt tat-tluq tad-dramm L-Interrogazzjoni huwa delitt doppju, li forsi jixbah lil wieħed mid-delitti li smajna fuqhom fl-aħbarijiet. Raġel miżżewweġ jinqatel f’daru u miegħu tinqatel ukoll mara li milli jidher ma kellha ebda raġuni ssib ruħha f’dik id-dar.
Iż-żewġ personaġġi tad-dramm għandhom ossessjoni li jirreċtaw id-delitt biex ifittxu xi verità li ma jafux jew li mhumiex qed jgħidu lil xulxin. Il-personaġġi l-ħin kollu jidħlu u joħorġu mill-karattru li qed jirreċtaw, jaqilbu l-personaġġi u jirrepetu b’modi differenti dak li jkunu diġa għamlu, f’ritwal li jkunu għamluh diġà kemm il-darba u donnu qed jikkontrollalhom l-eżistenza nfisha.

Pubblikatur
Teatru Malta

Sena tal-pubblikazzjoni:
2021

Alfred Buttigieg

Awtur: Alfred Buttigieg

Flimkien ma’ artisti oħra Alfred Buttigieg waqqaf il-grupp teatrali Ateatru fl-1981 u bejn is-sena 2003 u l-2008 kien jagħmel parti mill-Kumitat tat-Tmexxija tat-Teatru Manoel. Huwa l-awtur ta’ diversi drammi fosthom L-Interrogazzjoni (2020), Mela Hawn xi Manikomju? (2016), Ippermettili Nitlaq (2008), u Ir-Rewwixta tal-Qassisin (1985). Għal aktar informazzjoni żur il-website tiegħu www.alfredbuttigieg.com
REBBIEHA