

Id-Divina Commedia
Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Traduzzjoni’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022
Edizzjoni ġdida bħal din mhux biss hi tifkira denja ta’ din l-opra universali ta’ letteratura minn Dante, imma hija wkoll xhieda tar-rikkezza u l-versatilità tal-ilsien Malti li ħaddem b’ħila kbira Alfred Palma, xogħol li dam jaħdem fuqu għoxrin sena. Kif ikkummenta l-Professur Oliver Friggieri qabel ħalliena, “dan hu xogħol magħmul b’reqqa kbira li, waqt li jħares il-klassiċità tal-vers oriġinali, irodd f’Malti tassew mirqum is-sbuħija tal-oriġinal.”
Pubblikatur
Klabb Kotba Maltin
Sena tal-pubblikazzjoni:
2021

Awtur: Alfred Palma
Alfred Palma (1939) studja fl-Iskola Primarja ta’ Ħaż-Żabbar u l-Kulleġġ de la Salle fil-Kottonera. Bejn l-1957 u l-1987 serva bħala għalliem każwali u skrivan. Huwa t-traduttur tal-akbar xogħlijiet letterarju ta’ kull żmien bħal Dante, Shakespeare, Oscar Wilde, DH Lawrence, Thomas Mann u oħrajn. Rebaħ diversi premji ta’ poeżija u oħrajn, f’Malta, l-Istati Uniti, ir-Renju Unit u l-Italja. Fl-2009 ngħata l-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika. Jgħix Ħaż-Żabbar, Malta.
