

Insa li Mhijiex Hawn
Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Poeżija’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022
Insa li Mhijiex Hawn hija ġabra ta’ poeżiji li tulhom, mill-ħemda mġarrba taż-żmien, Bugeja jislet il-waqtiet ġodda ta’ diskursata li waqfet ħesrem, b’qilla traġika, snin ilu. Fit-tiftixa intensa tiegħu għal estetika u vuċi poetika distinta, Bugeja jrawwem imkejjen ta’ tiġrib li fil-qalba tagħhom, fi kliem Maria Grech Ganado, hemm “ix-xbieha elużiva ta’ mara fi spazju magħmul minn elementi diversi — spazju li hu nnifsu msawwar mill-impressjonijiet li esperjenzi globali ħallew fuq l-awtur.”
Pubblikatur
Klabb Kotba Maltin
Sena tal-pubblikazzjoni:
2021

Awtur: Norbert Bugeja
Il-Professur Norbert Bugeja jgħallem fid-Dipartiment tal-Ingliż fi ħdan il-Fakultà tal-Arti tal-Università ta’ Malta. Huwa d-direttur tal-Istitut tal-Mediterran fl-Università, kif ukoll editur ġenerali tal-Journal of Mediterranean Studies u membru tal-Kunsill Konsultattiv Internazzjonali tal-Fondazzjoni Anna Lindh. Insa li Mhijiex Hawn hija t-tielet ġabra ta’ poeżiji tiegħu bil-Malti.
