

Kunċert b’Tifkira ta’ Anġlu
Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Traduzzjoni’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022
Mara xiħa qattiela ssir tħobb lil qassis.
Baħri jaħdem qatigħ għal familtu iżda jinsa jagħmilha ta’ missier.
Żewġt irġiel b’karattru oppost jibdlu l-irwoli: il-vittma ssir imbruljun mill-kbar u l-assassin isir raġel tajjeb.
Koppja presidenzjali Franċiża, esperta fl-apparenzi, tinħabb imma mhux fl-istess waqt …
Kif tidħol Santa Rita, il-qaddisa tal-impossibbli, f’dan kollu?
X’jorbot flimkien dawn l-erba’ stejjer distinti?
Pubblikatur
Faraxa Publishing
Sena tal-pubblikazzjoni:
2021

Awtriċi: Claudine Borg
Claudine Borg kisbet dottorat fl-Istudji tat-Traduzzjoni u tgħallem it-Traduzzjoni fl-Università ta’ Malta. Ħadet sehem f’għadd ta’ konferenzi lokali u internazzjonali u ppubblikat diversi artikli u kotba akkademiċi kif ukoll diversi traduzzjonijiet letterarji. Dan huwa t-tieni ktieb ta’ Schmitt li qalbet għall-Malti: fl-2015 kienet ittraduċiet Oscar u s-Sinjura r-Roża li kien finalist fil-kategorija tat-traduzzjoni fil-Premju Nazzjonali tal-Ktieb.
