

Tad-Demm u l-Laħam: novelli
Fil-lista tal-finalisti fil-kategorija ‘Novelli’, Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2022
Irrakkuntati fl-ewwel persuna, dawn in-novelli jlaqqgħuna ma’ karattri li jinqabdu f’qagħdiet u f’waqtiet varji tal-ħajja tagħhom ta’ kuljum. Fihom jispikkaw l-elementi ta’ ansjetà, makakkerija, ironija, traġedja u kummiedja, ġustizzja poetika, kif ukoll il-vinjetti ta’ kunflitti bejn l-individwi u l-klassijiet soċjali li ġejjin minnhom — distinzjonijiet li Borg iqaxxar f’dawn il-kitbiet b’mod skjett.
Pubblikatur
Klabb Kotba Maltin
Sena tal-pubblikazzjoni:
2021

Awtur: Dr. Steve Borg
Dr. Steve Borg (1964) huwa riċerkatur dwar l-istorja soċjokulturali Maltija. Iggradwat mill-Università ta’ Malta, l-Università ta’ Northumbria (Newcastle) u l-Università ta’ Hull fl-Ingilterra. Editja jew ittraskriva kotba Maltin, huwa t-traduttur ta’ L-Alkemista ta’ Paolo Coelho u Il-Moħba ta’ Trezza Azzopardi, u huwa l-kittieb ta’ żewġ volumi mit-triloġija Il-Maltin: Għemilhom, Drawwiethom, Ġrajjiethom. Bħalissa qed jikteb it-tielet volum. Fl-2020 huwa rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għar-Riċerka. Irkupra l-fajl li kien fih il-kopja oriġinali tal-alfabett Malti. Iservi fuq il-Kunsill Nazzjonali tal-Arkivji. Huwa Wied il-Għajni.
