Min Aħna

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb huwa entità pubblika li toffri lill-industrija tal-Ktieb Malti bosta servizzi importanti filwaqt li tħeġġeġ il-qari u tmexxi ’l quddiem il-ktieb bħala mezz ta’ komunikazzjoni fl-għamliet kollha tiegħu. Fost avvenimenti ta’ skala kemm żgħira u kemm nazzjonali jorganizza l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb u l-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, jamministra l-Jeddijiet tas-Self Pubbliku, jorganizza konkorsi letterarji u huwa wkoll l-aġent lokali għall-ISBN u l-ISMN. L-attitudni kulturali u l-approċċ multimidja tiegħu jippermettulu jaħdem b’mod dirett mal-industrija tal-ktieb . B’danakollu bħala entità jaqa’ fl-ambitu tal-Ministeru għall-Edukazzjoni u dejjem tqies bħala parti sħiħa mill-infrastruttura edukattiva pubblika. Il-Malta Libraries, li hija l-entità responsabbli mil-libreriji pubbliċi kollha inkluża l-Librerija Nazzjonali, hija entità separata u distinta li taħdem mill-qrib mal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

 

NBC Logo

 

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb hu magħmul minn:

 

Kap Eżekuttiv:

Mark Camilleri

 

Deputat Kap:

Charles Calleja

 

Manager:

Jon Grech

 

Segretarju:

Joe Debattista

 

Assistenti Segretarji:

Michael Mercieca

Maria Muscat

 

Membri tal-Kunsill:

Clare Azzopardi

Steve Borg

Charles Mahoney

Emmanuel Psaila

Joanne Sciberras

Christine Vella Borda

Trevor Zahra

 

Indirizz:

Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb

Librerija Pubblika Ċentrali

Triq Prof. Joseph J. Mangion

Il-Furjana FRN 1800

Malta EU

 

Telephone:

+356 21222654

 

E-mail:

joe.debattista (at) gov.mt

michael.mercieca (at) gov.mt

maria.e.muscat (at) gov.mt

 

Website:

www.ktieb.org.mt

.