Il-Qofol tal-London Book Fair 2017 għal Malta

Monthly Archives: March 2017

Il-qofol tal-London Book Fair ta’ din is-sena għal Malta kien Walid Nabhan bir-rumanz tiegħu “L-Eżodu taċ-Ċikonji”, ippubblikat oriġinarjament bil-Malti minn Klabb Kotba Maltin. Ir-rakkont, li għalkemm skomdu għall-aħħar, xorta waħda jqanqal sentimenti qawwija, idur madwar Nabil, refuġjat Palestinjan li jsib ruħu maqbud fid-dilemma ta’ hawn-u-hemm, issa-u-imbagħad. Fl-2014 ir-rumanz rebaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Huwa l-ewwel rumanz […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jistieden edituri u pubblikaturi jibgħatu applikazzjonijiet għal antoloġija ta’ kitba Maltija maqluba għall-Ingliż. Din hija sejħa miftuħa għal min huwa interessat u lest joħloq u jippubblika antoloġija ta’ kitba Maltija maqluba għall-Ingliż sabiex tħajjar pubblikaturi barranin ifittxu iktar tagħrif dwar il-letteratura Maltija. Għal dan il-għan, qed toħroġ espressjoni ta’ interess għal edituri […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippubblika l-programm ta’ attivitajiet li ġie mħejji għall-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017. Il-Festival ser isir l-Università fl-4-5-6 ta’ April mill-10 ta’ filgħodu sa tard filgħaxija. L-għan tal-Festival huwa li jippromovi l-letteratura fis-sħuħija tagħha waqt li jagħti lok lill-pubblikaturi u distributuri tal-kotba jippromovu l-materjal tagħhom ma’ udjenza matura, bħall-istudenti universitarji. Il-pubblikaturi u […]

Kif tħabbar diġà fi stqarrija stampa li ħarġet din il-ġimgħa, il-mistiedna speċjali tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017 hija l-kittieba Ingliża Caroline Smailes. Il-Festival, li huwa l-frott ta’ kollaborazzjoni bejn il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Universita’, għandu l-għan li jippromovi l-letteratura u l-qari ma’ udjenza matura, b’mod partikolari studenti universitarji. Għal dan il-għan, l-organizzaturi […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir iħabbar li l-applikazzjonijiet għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2017 (għall-kotba li ġew ippubblikati tul l-2016) infetħu, inklużi dawk tat-Terramaxka – il-Premju Nazzjonali għal kotba tat-tfal u l-adolexxenti. Il-premju jagħżel pubblikazzjonijiet tas-sena ta’ qabel (f’dan il-każ tal-2016) li jilħqu livell għoli ħafna kemm f’dak li għandu x’jaqsam ma’ valur letterarju kif ukoll f’dak […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-Għaqda tal-Malti – Università bi pjaċir iħabbru li qed jorganizzaw ir-raba’ edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, li se jsir fl-4-5-6 ta’ April 2017. Il-ħinijiet tal-ftuħ huma: mill-10:00 sat-15:00 u mill-17:00 sa tard. Dan il-Festival jagħti lok lill-pubblikaturi u d-distributuri Maltin jippromovu l-materjal tagħhom ma’ udjenza matura, bħall-istudenti universitarji. Minbarra l-bejgħ ta’ […]

L-Aġenzija Żgħażagħ u l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtiequ jħabbru li r-rebbieħa tal-Konkors ta’ Kitba għaż-Żgħażagħ 2016 huma Antoinette Borg bil-manuskritt tagħha Żejt fil-Wiċċ u Matthew Schembri bil-manuskritt Stessi. Antoinette Borg hija l-kittieba ta’ Fittixni (Merlin 2016) waqt li Matthew Schembri kien wieħed mill-parteċipanti fl-attività Taħżiż imtella’ mill-Aġenzija Żgħażagħ flimkien mal-Għaqda tal-Malti – Università. Iċ-ċerimonja ta’ premjazzjoni saret […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li x-xogħol ta’ preparazzjoni għall-attività ta’ qari f’Librebook Bruxelles ġie mitmum illum bil-wasla ta’ kotba ta’ kittieba li ser jieħdu sehem fl-attività. Il-kittieba huma Alex Vella Gera u Loranne Vella, li ser jidhru il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu mis-sitta ta’ filgħaxija u Maria Grech Ganado u Clare Azzopardi li ser jidhru […]

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta r-Rapport Annwali tal-2016 – sena ta’ kontribuzzjoni intensiva minn-naħa tal-kunsill fl-industrija tal-kotba u x-xena letterarja lokali b’bosta kollaborazzjonijiet u inizjattivi ġodda. Il-kunsill qed jikber fl-għanijiet tiegħu u r-rwol tiegħu fil-formazzjoni ta’ politika pubblika qed isir iktar prominenti bil-ħidma li qed isir fuq il-liġi tad-drittijiet tal-awtur u l-pubblikatur u l-liġi […]