Is-sejħa għall-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef 2024 se tkun miftuħa bejn l-14 ta’ Mejju u t-22 ta’ Lulju 2024. Ir-riżultati jitħabbru fit-8 ta’ Novembru 2024.

Il-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef huwa l-iktar konkors prestiġjuż ta’ poeżija waħda bil-Malti. Kull sena l-konkors jiġi ġġudikat minn ġurija maħtura mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Il-ġurija tevalwa l-poeżiji anonimament skont damma ta’ kriterji li jiffukaw fuq l-awtentiċità, is-saħħa immaġinattiva, il-karattru distintiv tal-vuċi poetika, u l-użu oriġinali tar-ritmu u l-figuri tat-taħdit. 

Ir-rebbieħa tal-konkors jitħabbru u jirċievu l-premju tagħhom f’ċerimonja ta’ premjazzjoni matul il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2024. Il-ġurija tirriżerva d-dritt li l-premjijiet ma jingħatawx jekk tqis li ma jkunx intlaħaq il-livell mistenni.

Tliet Premjijiet

L-ewwel premju: €1,000
It-tieni premju: €500
It-tielet premju: €200

Kif tipparteċipa

 

L-applikazzjoniet għandhom jaslulna sa nhar it-Tnejn 22 ta’ Lulju 2024 f’nofsinhar.

Minn din l-edizzjoni, is-sottomissjoni tal-poeżija tiegħek għandha ssir permezz tal-formola tal-applikazzjoni online sad-data tal-għeluq tal-Konkors.

Inħeġġu lill-parteċipanti kollha li jaqraw ir-regoli bir-reqqa qabel ma jdaħħlu l-applikazzjoni tagħhom.

Dokumenti

Regolamenti

Kriterji

2023

L-ewwel premju: Leanne Ellul b’ix-xnigħat ta’ xmux u dwalijiet għammiexa
It-tieni premju: Claudia Gauci b’Penthos
It-tielet premju: Glen Calleja b’RSVP

Ġurija

Irene Mangion
Justine Somerville
Caldon Mercieca

2022

L-ewwel premju: Therese Pace b’Fuq l-Aġenda tal-Għajn ta’ Doreen
It-tieni premju: Jasmine Bajada b’Mużew tal-Istorja Naturali, l-Imdina
It-tielet premju: Miriam Calleja b’Kamra Żgħira, Xi Mkien

Ġurija

Rena Balzan
Norbert Bugeja
Glen Calleja

2021

L-ewwel premju: Carmel Scicluna għall-Submersi Filii
It-tieni premju: Ritianne Frendo għall-Mas-Sikta tal-Ħarifa
It-tielet premju: Jonathan Balzan għall-Hawala

Ġurija

Dr Josette Attard
Prof. Carmel Borg
Karl Schembri

2020

L-ewwel premju: Klara Vassallo għall-‘Dokumentazzjoni tal-minuti mnikkra fik
It-tieni premju: Louis Briffa għall-‘Tgħix Irridek
It-tielet premju: Jesmond Sharples għall-‘F’Posti

Ġurija

Dr. Immanuel Mifsud
Nadia Mifsud
John Aquilina

2019

L-ewwel premju: Nadia Mifsud għall-‘Varjazzjonijiet tas-Skiet’
It-tieni premju: Louis Briffa għall-‘NES Qaqqari’
It-tielet premju: Ritianne Frendo għall-‘Preludju mħarbat’

Ġurija

Dr. Claudine Borg
Prof. Charles Briffa
Antoine Cassar