L-Għaqda tal-Malti – Università se tistieden lil Nicole Farrugia Camilleri biex titkellem dwar il-qwiel marbutin mal-partijiet tal-ġisem, riċerka li għamlet għat-teżina tal-Baċellerat. Wara l-intervent ta’ Farrugia Camilleri, l-udjenza se tieħu sehem fi kwiżż marbut mas-suġġett.