Kummenti huma off għal din il-kariga

Imħabbra ċ-Ċerimonja tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għandu l-pjaċir iħabbar li ċ-Ċerimonja tal-Għoti tal-Premjijiet abbinata mal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2015 (għall-kotba ippubblikati matul is-sena 2014) se ssir nhar il-Ġimgħa 11 ta’ Diċembru, 2015 fis-7.30 ta’ filgħaxija, fis-Sala tal-Ambaxxaturi fil-Berġa ta’ Kastilja. Għaċ-ċerimonja se jkun preżenti l-Onor. Prim Ministru ta’ Malta, Dr. Joseph Muscat flimkien mall-parteċipanti kollha tal-Premju u nies distinti oħra.

Dakinhar ser jingħataw premjijiet għall-kategoriji li ġejjin:

Rumanz
Novelli
Poeżija
Drama
Riċerka Ġenerali
Riċerka Storjografika
Traduzzjoni

Bħalissa għadu għaddej il-proċess ta’ aġġudikazzjoni b’hekk il-KNK jaħtaf din l-opportunita’ biex jawgura l-isbaħ xewqat lill-parteċipanti kollha.

 

 Hawn taħt issib il-lista ta’ Kotba finalisti għall-2015

Kategorija Xogħol Letterarju: Rumanz

L-Iskjav ta’ Isabel ta’ Audrey Friggieri (Horizons)

Jutta Heim ta’ Immanuel Mifsud (Klabb Kotba Maltin)

Fi Nżul ix-Xemx Sabiħ ta’ Pupull Debattista Borg (Dom Communications Ltd.)

Bajjuni Nġurmati ta’ John Charles Betts (Klabb Kotba Maltin)

Two ta’ Teodor Reljić (Merlin Publishers)

Iż-Żeffiena tal-Kerubini ta’ Carlo O. D’Emanuele (Horizons)

 

Kategorija Xogħol Letterarju: Novelli

Feruti ta’ Carmel Scicluna (Horizons)

Kulħadd ħalla isem warajh ta’ Clare Azzopardi (Merlin Publishers)

INSANIAM ta’ Edgar Formosa (Horizons)

Satin ta’ Rita Saliba (Horizons)

 

Kategorija  Xogħol Letterarju: Poeżija

Epistoli mid-deżert – Poeżiji u Poesaġġi ta’ Mario Azzopardi (Horizons)

Fi Triqti Lejha ta’ Walid Nabhan (Klabb Kotba Maltin)

taħt il-kpiepel t’għajnejja ta’ Maria Grech Ganado (Klabb Kotba Maltin)

Klessidra: Versi taż-Żmien Maħrub ta’ Lilian Sciberras (Horizons)

Mirja – Ħamsin Sena ta’ Poeżija 1963-2013 ta’ Philip Sciberras (Sciberras Associates Publishing)

 

Kategorija Xogħol Letterarju: Drama

Jum il-Ħaqq ta’ Doris Vella Camilleri (Self Published)

 

Kategorija Riċerka Generali

Bormla: A Struggling Community ta’ Josann Cutajar (Faraxa Publishing)

Translation Studies from Malta ta’ Charles Briffa (Malta University Publishing)

Musical Instruments of the Maltese Islands: History, Folkways and Traditions ta’ Anna Borg Cardona (Fondazzjoni Patrimonju Malti)

Shostakovich, Britten, Stravinsky and the Painters in Between: 1936 ta’ Giuseppe Schembri Bonaci (Horizons)

Does it matter who speaks? Postmodern Papers on Politics, Ethics and Education ta’ Kenneth Wain (Malta University Press)

The Maltese Nineteenth-Century Notary and his Archives ta’ Michael Refalo (Book Distributors Limited)

 

Kategorija  Riċerka Storjografika

The Social and Religious History of a Maltese Parish: St. Mary’s Qrendi in the Eighteenth Century ta’ Frans Ciappara (Malta University Press)

Journal of Maltese Studies 28: Essays on the Cantilena  ta’ Dr. Bernard Micallef (Midsea Books Limited)

M.A. Vassalli 1764-1829 – An Enlightened Maltese Reformer ta’ Frans Ciappara (Midsea Books Limited)

France in the Maltese Collective Memory – Perceptions, Perspectives, Identities after Bonaparte in British Malta ta’ Charles Xuereb (Malta University Press)

Mattia Preti – Saints and Heroes for the Knights of Malta ta’ Cynthia de Giorgio (Midsea Books Limited)

Qrendi – its people and their heritage ta’ George Cassar (Kunsill Lokali Qrendi)

Il-Prefazju Storiku ta’ L-Mylsen Feniċju-Puniku jew Il-Grammatika tal-Malti ta’ Mikiel Anton Vassalli ta’ Prof. Horatio Ceasar Roger Vella (Klabb Kotba Maltin)

L-Avukat Giuseppe Elia Pace 1742-1820: Ħabib ta’ M.A. Vassalli f’Ruma ta’ Karmenu Bonavia (Klabb Kotba Maltin)

The Salter Album – Encounters in Malta’s Prisoner of War Camps, 1914-1920 ta’ Charles Farrugia (National Archives of Malta)

 

Kategorija Traduzzjoni

Nimirħu maż-Żmien ta’ Marlene Saliba (Faraxa Publishing)

Neżlin bħax-Xita ta’ Toni Aquilina (Fondation de Malte)

Is-Sur Ibrahim u l-Fjuri fil-Koran ta’ Toni Aquilina (Faraxa Publishing)

Salammbȏ ta’ Paul Zahra (Self Published)

 

MBF 2015 - Shortlisted Titles Advert - 37x5c 10846241_10152862072862456_5797971913583193124_n.