F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Keith Borg.

Mal-mistieden tkellimna dwar il-ġabra ta’ poeżiji tiegħu ‘Hemm qarsa mal-vers’. Fost l-oħrajn staqsejnieh dwar in-natura tal-poeżija u l-poeta, it-tifsiriet differenti tal-kelma ‘qarsa’ fit-titlu tal-ktieb, kif il-filosofija tifforma l-poeżija tiegħu u l-irwol tal-ġustizzja soċjali u l-politika fil-kitba poetika.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Keith Borg ilu jikteb għal dawn l-aħħar 11-il sena. Studja d-drama u jara t-teatru bala manifestazzjoni fiżika tar-ruħ. Iħares lejn il-ketteratura bħala mezz biex jifhem aħjar lid-dinja, lill-bniedem u lilu nnifsu.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article