F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Prof. Mary Anne Lauri.

Mal-mistiedna tkellimna primarjament dwar il-ktieb li koeditjat ma’ Joe Borg, u li kien finalist tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2020, Navigating the Maltese Mediascape (Kite Group). Staqsejnieha dwar il-kwistjoni kurrenti tal-midja tal-partiti politiċi, il-mezzi tax-xandir varji u kif qishomn estensjoni tal-ġisem tal-bniedem, fejn tidħol il-psikoloġija u l-informazzjoni mwassla minn medium partikulari, ir-relazzjoni bejn il-midja u l-politika, u l-banalizzazzjoni tal-verità, fost affarijiet oħra.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Prof. Mary Anne Lauri studjat il-Psikoloġija fl-Università ta’ Malta u fil-London School of Economics. Awtriċi ta’ diversi xogħlijiet ippubblikati f’rivisti lokali u internazzjonali u anki riċerkatriċi. Minbarra x-xogħol fil-psikoloġija, kellha anki rwoli maniġerjali fis-settur tal-midja u l-komunikazzjoni, fosthom mal-PBS u ma’ Beacon Media Communications. Serviet anki bħala president fuq bordijiet fis-settur tal-Edukazzjoni u l-Għajnuna Soċjali. Attiva f’organizzazzjonijiet politiċi u volontarji.


Share Article