Kummenti huma off għal din il-kariga

Promo tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb bi pjaċir jippreżenta l-filmat promozzjonali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016. (Malta Book Festival 2016)

Id-dati tal-edizzjoni tal-Festival ta’ din is-sena huma mid-9 sat-13 ta’ Novembru ġewwa Dar il-Mediterran għall-Konferenzi, Belt Valletta u kopja tal-programm uffiċċjali tal-attivitajiet tul il-ħamest ijiem jista’ jitniżżel minn din il-ħolqa: http://ktieb.org.mt/?p=2662.
L-attivitajiet huma miftuħin għall-pubbliku ġenerali u bla ħlas.

Ħudu nota tad-dati u tinsewx ixxerrdu l-kelma.

 

Animazzjoni: Joseph Caruana
Illustrazzjoni u Storyboards: Julinu (Julian Mallia)
Mużika: Kurt Aquilina