Kummenti huma off għal din il-kariga

Taħt il-Qoxra: Maria Grech Ganado

F’dan l-episodju ta’ Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara titkellem ma’ Maria Grech Ganado dwar il-poeżija u l-ħdima tagħha fix-xena letterarja lokali. Fl-2016 Ganado ingħatat il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kitba, mhux biss għax-xogħol poetiku tagħha iżda wkoll għall-ħidma li wettqet sabiex tippromwovi l-letteratura Maltija lil hinn minn xtutna. Fit-taħdita Ganado titkellem ukoll fuq il-kwistjonijiet politiċi, soċjali u personali konnessi max-xogħol letterarju tagħha. Tista’ ssegwi t-taħdita hawnhekk.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.