Informazzjoni

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus

 

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus ilu mill-2014 jittella’ kull sena b’ħidma ma’ pubblikaturi lokali, dipartimenti mill-Università ta’ Malta u għaqdiet studenteski bil-għan li jippromwovi l-forom varji tal-letteratura, il-Melitensia u x-xogħol tar-riċerka. Dan kollu f’qafas li jipprovdi opportunità lill-istudenti biex jinteraġixxu ma’ xogħlijiet kurrenti ta’ finzjoni u riċerka, kif ukoll mal-awturi nnifishom.

Żur il-paġna ta’ Kampus Kotba fuq Facebook.

Mistiedna internazzjonali

 


Karen Harte hija illustratriċi, kreatriċi tal-komiks u disinjatriċi viżiva minn Dublin. L-illustrazzjonijiet tagħha jiffukaw fuq ir-rakkuntar ferrieħi u viżiv li ssib il-lehma tiegħu mis-sabiħ fil-ħajja ta’ kuljum.

Ix-xogħol kreattiv ta’ Karen issibu fl-illustrazzjonijiet tal-kotba għat-tfal, f’illustrazzjonijiet diġitali editorjali u kummerċjali, fid-disinn viżiv, fl-irrikordjar grafiku lajv, fir-ritratti, fil-murals u aktar.

Il-KNK qed jilqa’ lill-illustratriċi Irlandiża Karen Harte bis-saħħa tal-għajnuna mill-Ambaxxata Irlandiża f’Malta.

Dik l-Enerġija tal-Quad: Imraħ fil-Varjetà ta’ Pubblikaturi ta’ Kampus Kotba

Il-11-il edizzjoni tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus tinsab magħna, u għal din l-edizzjoni l-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippreżenta wħud […]

Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2024: Inħabbru l-Programm tal-Attivitajiet

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir iħabbar il-programm tal-attivitajiet tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus, li dis-sena se jsir bejn […]

Programm

 

Il-programm tal-attivitajiet tista’ tniżżlu minn hawn taħt.

Esebituri

 

Edizzjonijiet Preċedenti