Konkors ta’ Kitba – Letteratura għaż-Żgħażagħ

IMG_6377 IMG_6548

Kull sena, Aġenzija Żgħażagħ flimkien mall-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jorganizzaw il-Konkors ta’ Letteratura għaż-Żgħażagħ – konkors ta’ kitba li jagħżel, jippremja u jippubblika rumanzi bil-Malti miktuba għal qarrejja adoloxxenti. Sottomissjonijiet għal dan il-konkors jesploraw temi relatati mas-sitwazzjonijiet varji li jaffaċċjaw iż-żgħażagħ f’dak il-perjodu ta’ ħajjithom.

B’dan il-mod, l-organizzaturi jisperaw li bil-mod il-mod jilħqu l-għan tagħhom li jaraw żieda fil-kotba ta’ dan il-ġeneru fis-suq lokali. Fl-istess waqt, qarrejja adoloxxenti jkollhom għażla iktar wiesa’ ta’ kotba interessanti u motivanti bil-Malti minn fejn jagħżlu. L-organizzaturi jaspiraw ukoll li jippromovu letteratura ta’ livell għoli billi jippremjaw testi ta’ kontenut letterarju għoli u jittamaw li din il-kompetizzjoni isservi ta’ inċentiv għall-awturi biex jissottomettu rumanzi oriġinali u innovattivi b’kontentut non-didattiku u li ma jaljenax liż-żgħażagħ b’attidudni moralistika. B’hekk l-adoloxxenti jibdew igawdu wkoll minn letteratura miktuba speċifikament għall-etajiet u ż-żminijiet tagħhom – rumanzi li jħeġġuhom jaqraw aktar u aħjar.

Il-konkors huwa miftuħ għall-kittieba minn għoxrin sena ‘l fuq u l-mauskritti jridu jindirizzaw adoloxxenti bejn it-13 u 18-il sena. Ix-xogħlijiet importanti li jkunu oriġinali, miktubin bil-Malti, qatt ma ġew ippubblikati qabel (kemm interament jew f’biċċiet) u twal madwar 20,000 u 25,000 kelma. Sotomissjonijiet għandhom isiru taħt Nom de Plume. Żewġ rebbieħa jintgħażlu għal kull edizzjoni tal-konkors u xogħlhom jiġi ippubblikat.

Agħfas fuq il-ħoloq ta’ hawn taħt biex tikseb il-kriterji u formola tal-applikazzjoni:

Kriterji_Konkors_2016

Applikazzjoni_Konkors_2016

NB: L-Applikazzjoni trid tasal għand l-Aġenzija Żgħażagħ sa 12:00 (nofsinhar) tad-29 ta’ Lulju 2016, f’dan l-indirizz:

Aġenzija Żgħażagħ
Konkors ta’ Kitba: Letteratura għaż-Żgħażagħ 2016
Attn: Ms.Isabelle Mallia
Triq il-Kbira
Santa Venera
MALTA

 

b’kollaborazzjoni ma’:

AGENZIJA ZGHAZAGH logo

 

.