Kummenti huma off għal din il-kariga

Donazzjoni ta’ Kotba lil Malta Libraries – 2018

Donazzjoni oħra mdaqqsa ta’ kotba mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb lill-Libreriji Pubbliċi ta’ Malta. Preżenti għad-donazzjoni kien hemm il-Kap Ezekuttiv tal-KNK, is-Sur Mark Camilleri, u f’isem il-Librerija Pubblika Ċentrali tal-Furjana, is-Sa. Cheryl Falzon. Din is-selezzjoni ta’ kotba minn djar ta’ pubblikazzjonijiet Maltin ser titqassam fil-libreriji madwar Malta u Għawdex f’qasir żmien b’hekk inħeġġukom tabbonaw u tibdew żżuru l-libreriji qrib tagħkom regolarment.

Il-kotba donati lil Malta Libraries se jitqassmu bejn il-fergħat lokali tal-libreriji f’Malta u Għawdex matul il-ftit ġimgħat li ġejjin. Il-KNK jħeġġeġ lill-membri tal-pubbliku biex iżuru l-libreriji lokali tagħhom b’mod aktar frekwenti u jagħmlu użu aktar sħiħ minn dawn is-servizzi kulturali essenzjali.

Diġà din is-sena, l-KNK għamel b’kollox 5 donazzjonijiet kbar ta’ letteratura Maltija. Iktar donazzjonijiet tal-kotba huma ppjanati għall-futur qarib, bili-ħsieb li jinkludu istituzzjonijiet oħra bħal sptarijiet u ċentri korrettivi.