Kummenti huma off għal din il-kariga

Donazzjoni ta’ Kotba – Skola Primarja Furjana

Is-Surmast tal-Iskola Primarja tal-Furjana, is-Sur Stephen Miceli, flimkien ma’ għalliema u impjegati tal-istess skola, kif wkoll il-Prinċipal tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca, is-Sur James Camilleri, stiednu rappreżentanti tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb għal ċerimonja qasira abbinata mad-donazzjoni ta’ kotba lill-istess skola.

Il-Kap Eżekuttiv tal-KNK, is-Sur Mark Camilleri, fetaħ iċ-ċerimonja billi spjega ftit il-varjeta ta’ kotba fid-donazzjoni u ħeġġeġ lill-għalliema preżenti biex jiflu ftit il-lista konsiderevoli ta’ titli li f’qasir żmien ser ikunu jistgħu jużaw fil-klassijiet tagħhom.

Il-kotba mogħtija mill-KNK, fosthom kotba għall-qari, ‘text books’ u kotba ta’ referenza, ser ikunu jistgħu jiġu mislufa mill-librerija stess kif wkoll jiġu użati għall-qari fil-klassijiet. Il-kotba inxtraw wara konsultazzjoni diretta mall-għalliema ta’ l-istess skola.

Waqt id-diskors tagħhom, kemm is-Surmast tal-Iskola Primarja tal-Furjana, kif wkoll il-Prinċipal tal-Kulleġġ San Ġorġ Preca esprimew apprezzament għas-sapport kontinwu mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Hawn taħt għandek issib xi ritratti li ttieħdu waqt l-avveniment:

IMG_1279 IMG_1277 IMG_1275 IMG_1271 IMG_1270  IMG_1281 IMG_1284 IMG_1285  IMG_1261IMG_1262IMG_1263IMG_1260