
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jiġbdilkhom l-attenzjoni għall-fiera tal-ktieb li ttelgħet bejn l-Erbgħa 14 ta’ Novembru u l-Ħadd 17 ta’ Novembru fiċ-Ċentru tal-Konferenzi, Dar il-Meditterran, il-Belt Valletta. Sabiex nimmarkaw l-aspett inklussiv u olistiku ta’ dan l-avveniment prestiġjuż, il-fiera tal-ktieb ingħatat it-titlu “Festival Nazzjonali tal-Ktieb”.
Bħalma jsir kull sena, matul dan l-avveniment il-pubblikaturi, l-awturi u l-ħwienet tal-kotba esebixxu u biegħu l-materjal tagħhom. Din is-sena, rajna diversi parteċipanti ġodda inklużi Għaqdiet Non-Governattivi bħall-Għaqda tal-Malti, l-Għaqda Poeti Maltin, il-Ħbieb tal-Arkivji Nazzjonali, l-Istitut tal-Ġurnalisti Maltin u entitajiet oħrajn bħal b’mod speċjali l-Ambaxxata Franċiża.
Matul il-Festival ittellgħu diversi attivitajiet mill-pubblikaturi u l-awturi waqt li l-KNK tella’ diversi attivitajiet bħal diskussjonijiet fuq oqsma u aspetti differenti tad-dinja tal-ktieb. F’din is-sena, il-KNK kien qiegħed ukoll iniedi ġurnal letterarju mmirat biex jagħti pjattaforma għall-kittieba emerġenti u mhux ippubblikati. Matul il-ġimgħa, ttellgħu diversi attivitajiet għat-tfal tal-iskejjel mid-Dipartiment tal-Edukazzjoni u entitajiet oħra bħaċ-Ċentru għal-Litteriżmu tal-Università taʼ Malta. Matul is-Sibt u l-Ħadd il-programm ta’ attivitajiet kien mimli daqs bajda b’inizjattivi mmirati għal persuni ta’ kull età.
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb kien miftuħ għall-pubbliku generali.
Il-Parteċipanti tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb għas-sena 2013 kienu dawn li ġejjin:
AMBAXXATA FRANĊIŻA – ĦANUT “LA BOCCHERIE” (PARIĠI)
AGIUS & AGIUS LTD
AĠENZIJA ŻGĦAŻAGĦ – KTIEB KAFÉ
AHMADIYYA BOOK STALL
BIRDLIFE MALTA
BOOK DISTRIBUTORS (BDL) LTD
BOOKENDS
BOOKMARK
BRONK PRODUCTIONS LTD
CAK
CLIO BOOKS
DEER PUBLICATIONS
EUROPEANA
FARAXA PUBLISHING
FRANNY JO
GENERAL WORKERS’ UNION
GĦAQDA ĦBIEB TAL-ARKIVJI NAZZJONALI
GĦAQDA POETI MALTIN
GĦAQDA TAL-MALTI – UNIVERSITÀ
HERITAGE MALTA
HORIZONS
IREAD COMPANY
ISTITUT TAL-ĠURNALISTI MALTIN
KITE GROUP
MALA COMMUNITY CHEST FUDND
MALTA EVANGELICAL LIBRARY
MELI BOOKSHOP
MERLIN LIBRARY
MERLIN PUBLISHERS
MIDSEA BOOKS LTD
NATIONS FOR CHRIST
NEMO PUBLICATIONS
PUBBLIKAZZJONIJIET INDIPENDENZA – PIN
SENSIELA KOTBA SOĊJALISTI (SKS)
SIERRA BOOK DISTRIBUTORS
VERO KELLY
WISE OWL PUBLICATIONS
Għal aktar dettallji: programm – online