Kummenti huma off għal din il-kariga

Fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors ta’ Films Qosra KNK PBS 2016

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) flimkien mal-Public Broadcasting Services (PBS) bi pjaċir iħabbru li għadhom kif fetħu l-applikazzjonijiet għall-Konkors ta’ Films Qosra 2016.

Dan il-konkors huwa miftuħ għal timijiet li jagħmlu films qosra bil-Malti ta’ bejn 15-20 minuta msejsa fuq novella Maltija ppubblikata. Biex japplika, it-tim irid jissottometti script kif ukoll pjan tal-proġett li jinkludi rendikont finanzjarju.

Il-proposta magħżula tirċievi €7000 bħala finanzjament mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) kif ukoll għajnuna loġistika u teknika, fil-forma ta’ ħaddiema u apparat, mingħand il-Public Broadcasting Services għall-produzzjoni tal-film. Il-KNK se jalloka wkoll għotja ta’ €1000 lill-awtur tan-novella oriġinali bħala kumpens għall-użu tal-istorja tiegħu.

Ir-rebbieħ tal-konkors jiġi deċiż minn bord ta’ aġġudikazzjoni kompost minn ġurija maħtura mill-KNK u mill-Kap tal-Programmi tal-PBS. Matul il-perjodu tal-produzzjoni, it-tim irid iżomm kuntatt mal-KNK u mal-PBS biex ikun żgurat li l-proġett qed jiżviluppa skont il-proposta u skont il-kriterji u r-regoli tal-applikazzjoni.

Il-film jintwera l-ewwel darba waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016.

Applikazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati lil Joe Debattista sal-15 ta’ April 2016 fuq [email protected] jew f’dan l-indirizz: Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Librerija Pubblika Ċentrali, Triq Prof. J. Mangion, il-Furjana FRN 1800, Malta.

Niżżel kopja tal-FORMOLA TAL-APPLIKAZZJONI 2016

Niżżel kopja tal-KRITERJI 2016

 .