Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li wara serje ta’ diskussjonijiet u Laqgħa ta’ Konsultazzjoni Pubblika mal-partijiet konċernati f’Jannar tal-2014, l-iskema tant mistennija tal-Jeddijiet tas-Self Pubbliku (JSP fil-qasir) hija ppjanata li ttitniehed fil-libreriji pubbliċi għall-aħħar ta’ din is-sena. Il-pagament tal-JSP ser jinħarġu mill-KNK u l-awturi huma mħeġġa biex japplikaw.

 

Il-JSP jistgħu jkunu sors ta’ dħul relevanti għall-awturi Maltin li jaħdmu f’suq lokali żgħir, u l-KNK huwa persistenti fil-pressjoni tiegħu lill-Gvern sabiex jiżdied il-budget allokat għal din l-iskema. L-Introduzzjoni tal-JSP ser jagħmlu lil Malta konformi mad-direttiva tal-Unjoni Ewropea 2006/115/EC.

 

Awturi li kellhom il-kotba tagħhom ipubblikati f’Malta u irreġistrati b’ISBN maħruġ mill-KNK jistgħu japplikaw.

 

Formoli tar-Reġistrazzjonijiet jistgħu jitniżżlu minn din il-ħolqa:

PLR_formola_ta__applikazzjoni_MLT


Share Article