
Nhar is-Sibt, 27 ta’ Settembru, ir-Rappreżentanza tal-Kummissjoni Ewropea f’Malta iċċelebrat l-Jum Ewropew tal-Lingwi f’Bay Street, San Ġiljan. Għat-tieni sena konsekuttiva, l-Għaqda tal-Malti – Università ħadet ħsieb l-organizzazzjoni ta’ dan il-jum.
L-attivitajiet bdew mill-10am u baqgħu għaddejjin sas-6pm. Matul il-jum stands minn ċentri differenti tal-lingwi u fosthom Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, qassmu tagħrif, posters u rivisti u min attenda inzerta wkoll diversi attivitajiet, bħal workshops u mużika. Il-jum għalaq b’attività speċjali fir-rotudna ta’ Bay Street.
Ħajr lill-Fondazzjoni Valletta 2018, Bay Street, u l-Aġenzija Żgħażagħ u fuq kollox lill-Għaqda tal-Malti għall-opportunita.