Kummenti huma off għal din il-kariga

Preżentazzjoni ta’ “This Fair Land” f’Londra

‘This Fair Land’ – Maltese in London/Il-Malti f’Londra huwa avveniment organizzat mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni ma Francis Boutle Publishers bil-għan li tiġi ċelebrata l-letteratura Maltija f’Londra permezz ta’ qari minn ‘This Fair Land: An Anthology of Maltese Literature’ tal-editur Charles Briffa b’introduzzjoni ta’ Oliver Friggieri. Il-Prof. Charles Briffa ta’ preżentazzjoni qasira u ġie akkumpanjat minn Marta Vella li qrat numru ta’ siltiet mill-ktieb kemm bil-Malti kif ukoll bl-Ingliż (tista’ ssib il-preżentazzjoni miktuba hawnhekk: this fair land_presentation).

“This Fair Land” hija kollezzjoni ta’ madwar 200 silta bil-Malti akkumpanjati b’traduzzjonijiet ġodda għall-Ingliż. F’dan il-ktieb insibu miġbura selezzjoni vasta ta’ kitbiet, minn qwiel u taqbiliet antiki li writna b’mod orali u biċċiet mill-ewwel kitbiet bil-Malti ta’ nofs is-seklu ħmistax sa siltiet mill-esperimenti tas-seklu tmintax u dsatax kif ukoll xogħolijiet aktar kompluti u raffinati ta’ dawn l-aħħar għoxrin sena tal-letteratura Maltija.

IMG_5956 IMG_5954 IMG_5951.