Kummenti huma off għal din il-kariga

Prezzijiet tal-ISBN għall-Kotba f’format ta’ ebook

B’żieda mal-avviż li deher fil-Gazzetta tal-Gvern tad-29 ta’ Awwissu, 2014 dwar xiri ta’ ISBNs għall-kotba fil-format ta’ ebook, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li l-prezz ta’ mitt (100) ISBN għall-kotba fil-format ta’ ebook huwa ta’ €50. Il-prezz ta’ ISBN wieħed għall-ktieb fil-format ta’ ebook jibqa’ €10. Jekk il-ktieb huwa mitbugħ, il-prezz għall-ISBN tal-istess ktieb fil-format ta’ ebook, jibqa’ mingħajr ħlas.