Kummenti huma off għal din il-kariga

“Stedina għal Sabrina” qari u tpinġija fil-Librerija Pubblika Ċentrali

Is-Sibt l-1 ta’ Awwissu, 2015, il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni ma’ Malta Libraries stieden lit-tfal minn 4 sa 7 snin jattendu flimkien mal-ġenituri tagħhom għal sessjoni edukattiva ta’ qari animat minn Louise Sammut, l-awtriċi tal-ktieb “Stedina għal Sabrina” fil-Librerija Pubblika Ċentrali, l-Furjana. Wara l-qari t-tfal ipparteċipaw f’attività artistika ma’ Elizabeth Brincat, l-illustratriċi tal-istess ktieb. It-tfal tgħallmu kif jpinġu espressjonijiet u emozzjonijiet differenti u flimkien ħolqu karattru letterarju fittizju kull wieħed.

 

IMG_1991 IMG_1989 IMG_1988 IMG_1987 IMG_1986 IMG_1983 IMG_1980 1st August event Poster.