Kummenti huma off għal din il-kariga

Taħt il-Qoxra: Keith Attard

F’dan l-episodju mis-sensiela ‘Taħt il-Qoxra’, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Keith Attard.

Mal-mistieden tkellimna dwar l-importanza ta’ dizzjunarji li jkopru reġistru partikulari (f’dal-każ ir-reġistru tal-logħba tal-ballun), is-sorsi varji li ġab l-informazzjoni minnhom, jekk ‘Ballun Pinġut’ laħaqx l-għan tiegħu li jsir għodda għax-xandara sportivi, kif ukoll dwar studju lingwistiku ieħor li jqabbel xi kliem bid-djalett Għawdxi mal-istandard Malti.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Keith Attard studja l-Malti l-Università ta’ Malta, u aktar tard iggradwa bħala għalliem. Fl-2016 gradwa bħala qarrej tal-provi. Huwa ħareġ żewġ edizzjonijiet ta’ ‘Ballun Pinġut’, ktieb b’espressjonijiet u termini relatati mal-logħba tal-futbol. F’ ‘Leħen il-Malti’ ppubblika studju ma’ Dr. Michael Spagnol dwar id-differenzi lessikali bejn il-Malti u l-Għawdxi.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.