Kummenti huma off għal din il-kariga

Taħt il-Qoxra: Kristina Borg

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Kristina Borg.

Mal-mistiedna tkellimna dwar il-proġett interdixxiplinarju tagħha li ssarraf ukoll fil-ktieb Imkejjen u Rkejjen (Ede Books). Ma staqsejnihiex biss dwar l-għan letterarju tal-ktieb, iżda anki dwar il-kummentarju psikoġeografiku tax-xogħol, jiġifieri kif l-ambjent ġeografiku jaffettwa l-emozzjonijiet u l-imġiba tan-nies. Mal-artista tkellimna wkoll dwar il-proġett You are what you buy – esperiment li sar f’supermarket lokali biex tara kif mekkaniżmi ekonomiċi jaffettwaw l-identità tax-xerrej.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnekk.

Kristina Borg hija artista viżwali u edukatriċi tal-arti. Kisbet Baċellerat fl-Edukazzjoni tal-Arti mill-Università ta’ Malta u Maġisteru fl-Arti Viżiva u Studji Kuratorali min-Nuova Accademia di Belle Arti f’Milan. Ir-riċerka int interdixxiplinarja tagħha tiffoka fuq kwistjonijiet soċjopolitiċi fi spazji urbani kollettivi, fi djalogu mal-komunità jew/u il-post. Ikkollaborat f’diversi proġetti lokali u internazzjonali bħala artista, kuratriċi, diżinjatriċi u manager.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.