Kummenti huma off għal din il-kariga

Taħt il-Qoxra: Mario Cardona

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Mario Cardona.

Mal-mistieden tkellimna dwar it-temi varji li itfaċċaw fil-ġabra ta’ poeżiji tiegħu Fuq kaxxa tal-birra rasha ‘l isfel, u kif dawn jirrelataw kemm mal-ħajja professjonali u x-xogħol akkademiku tiegħu dwar l-edukazzjoni u l-ġustizzja soċjali, kif ukoll mal-ħajja ċivika tiegħu fit-tmexxija ta’ razzett komunitarju fil-Manikata, fost oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Dr. Mario Cardona ggradwa bil-Baċellerat fl-Edukazzjoni (Unuri) fiż-Żminijiet tal-Bidu u tan-Nofs mill-Università ta’ Malta. Sussegwentament iffoka fuq l-edukazzjoni u t-taħriġ għall-adulti u l-iżvilupp komunitarju bi grad mill-Università Roma Tre, Maġisteru mill-Università ta’ Malta u Dottorat mill-Università ta’ Edinburgh. Għandu interess akkademiku u professjonali fl-edukazzjoni u t-taħriġ għall-adulti, edukazzjoni komunitarja, il-koperattvi, l-arti viżivi u performattivi, u sfidi relatati mal-edukazzjoni u l-ġustizzja soċjali. Dr Cardona għallem fi iskejjel primary u sekondarji u llekċerja l-Universita. Bħalissa huwa d-Deputat Prinċipal għat-Teknoloġija u x-Xjenzi Applikati fl-MCAST.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.