Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq ifakkar lill-awturi u pubblikaturi li l-perjodu ta’ sottomissjonijiet għall-applikazzjonijiet tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016 u l-Premju Terramaxka 2016 (għal kotba li ġew ippubblikati tul l-2015) fetaħ fl-ewwel ġimgħa ta’ Marzu u jagħlaq fit-8 ta’ April f’12:00.

Applikazzjonijiet għandhom jiġu indirizzati:

Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2016
Attn. Is-Sur Joseph Debattista
Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb
Librerija Pubblika Ċentrali
Triq Prof. J. Mangion
il-Furjana FRN1800

Kopji tal-formola tal-applikazzjoni, regolamenti u kriterji ta’ aġġudikazzjoni għal kull kategorija tal-Premju jistgħu jitniżżlu mill-paġna tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb. Hawn hi l-ħolqa diretta: https://ktieb.org.mt/?page_id=35&lang=mt

 


Share Article