Fl-ispirtu tal-istaġun tal-festi, Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq jesprimi xewqat sbieħ lill-pubbliku billi joffri l-ISBN database bħala open data. Riċerkaturi issa jistgħu jidħlu fid-database mis-sit tal-Kunsill sabiex joħolqu u jniżżlu rapporti f’format Excel, ħaġa ta’ użu siewi ħafna fir-riċerka ta’ u l-ġbir tal-informazzjoni.

Id-database ingħatat format sempliċi sabiex tiffaċilita l-użu tagħha u tippermetti tfittxijiet bl-isem tal-awtur, sena ta’ pubblikazzjoni, titlu tal-manuskritt jew isem il-pubblikatur. Titli ġodda huma miżjuda fl-aħħar ta’ kull sena. L-impjegati tal-Kunsill huma responsabbli għall-manteniment tad-database.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb u l-ħaddiema tiegħu jawguralkom il-Milied it-tajjeb!

http://isbndatabasemalta.org/


Share Article