Kummenti huma off għal din il-kariga

Lesti l-Preparazzjonijiet għall-Qari ta’ Kitba Maltija fi Brussell

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jixtieq iħabbar li x-xogħol ta’ preparazzjoni għall-attività ta’ qari f’Librebook Bruxelles ġie mitmum illum bil-wasla ta’ kotba ta’ kittieba li ser jieħdu sehem fl-attività. Il-kittieba huma Alex Vella Gera u Loranne Vella, li ser jidhru il-Ġimgħa 17 ta’ Marzu mis-sitta ta’ filgħaxija u Maria Grech Ganado u Clare Azzopardi li ser jidhru is-Sibt  18 ta’ Marzu mis-sagħtejn ta’ wara nofsinhar. Is-sessjonijiet ta’ qari ser ikun immexxija mill-awturi stess sabiex ma tkunx formali ż-żejjed u membri tal-udjenza ser ikollhom l-opportunita’ jitkellmu mal-kittieba, jakkwistaw kotba tagħhom u, ovvjament, jitlobu lill-kittieba jiffirmaw kopji ta’ xogħolhom. Din l-attività  hija maħsuba sabiex tikkommemora l-presidenza ta’ Malta tal-Unjoni Ewropeja b’ċelebrazzjoni ta’ letteratura kontemporanja ta’pajjiżna. Membri tal-pubbliku li jinzertaw ikunu fl-inħawi matul dan iż-żmien huma mħeġġa jżuru Librebook Bruxelles f’dan l-indirizz:  Librebook – Bruxelles, 128, Chaussée de Wavre, 1050 Ixelles, Belgium.