
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb flimkien mal-istaff tal-Librerija Pubblika Ċentrali laqa’ bi ħġaru grupp ta’ tfal mill-Aġenzija Appoġġ (Servizz fil-Komunita’ tal-Qawra) għal attivita ta’ qari ta’ stejjer fil-Junior Section tal-Librerija Pubblika Ċentrali. Wara il-qari, t-tfal kellhom sessjoni Q&A ma’ l-awtur Charles Casha kif wkoll iffirmar tal-kotba. Kotba kemm bl-Ingliż kif wkoll bil-Malti ġew mogħtijal lil kull tifel u tifla bħala rigal għal żmien il-Milied u fl-aħħar nett tħallew liberi biex jesploraw il-librerija u jieħdu lura magħhom id-dar applikazzjoni għas-sħubija biex jimlewha flimkien mal-ġenituri u jibdew jisselfu kotba huma wkoll.
Nisperaw li nibdew nilqgħu aktar u aktar qarrejja żgħar tul l-2015!