Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb qed jippublika r-Rapport Annwali tal-2017, sena importanti ħafna li fiha l-Kunsill kiseb l-istatus ta’ entità legali, ingħata post fil-Belt Valletta bħala s-sede ġdida tal-Kunsill u żied l-ħidma tiegħu fil-promozzjoni tal-letteratura lokali kemm f’Malta kif ukoll lil hinn minn xtutna. L-istrateġiji tal-Kunsill rigward din il-promozzjoni diġà taw riżultati konkreti f’għadd ta’ kuntatti u proġetti ġodda li tnedew fi-sena 2017.

Għall-ewwel darba ir-rapport qed jinkludi ukoll il-lista tal-pagamenti tal-Jeddijiet Pubbliċi għas-sena 2017. Din għandha sservi ta’ indikazzjoni tajba tax-xogħol li qed isir min-naħa tal-Kunsill sabiex il-kittieba lokali u l-kontribut tagħhom jingħata rikonoxximent xieraq. Il-Kunsill qed jikber fl-għanijiet tiegħu u r-rwol tiegħu fil-formazzjoni ta’ politika pubblika qed isir iktar prominenti bil-ħidma li qed isir fuq il-liġi tad-drittijiet tal-awtur u l-pubblikatur. B’rwol dejjem iktar attiv fl-industrija tal-kotba lokali kif ukoll b’parteċipazzjoni kontinwa f’fieri internazzjonali tal-ktieb kemm fl-Ewropa kif ukoll fid-dinja Għarbija, qed jintlaħaq l-għan li l-letteratura lokali ikollha udjenza ta’ qarrejja kif jixirqilha.

Nistiednu membri tal-pubbliku jaqraw ir-rapport li jinstab f’forma diġitali f’dan is-sit.

Hawn issibu ħolqa għall-verżjoni diġitali bil-Malti: Rapport Annwali 2017

u minn hawn tistgħu ssibu l-verżjoni diġitali bl-Ingliż: Annual Report 2017

Il-KNK jixtieq jirringrazzja lil kull min ta sehem biex l-2017 issarraf f’suċċess.

Komplu żuru l-website www.ktieb.org.mt għall-aġġornamenti dwar l-iskeda tal-KNK tul l-2017.


Share Article