F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Keith Sciberras.

Mal-mistieden tkellimna dwar l-interess tal-awtur fl-arti Barokka f’Malta fis-Seklu 17, ir-riċerka tiegħu dwar Caravaggio f’Malta, il-mixja tal-arti f’Malta fis-Seklu 17, dwar min kienu x-xerrejja tal-arti f’daż-żmien f’Malta, u d-dixxiplina tal-Istorja tal-Arti lokalment, fost affarijiet oħra.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Il-Professur Keith Sciberras huwa l-Kap tad-Dipartiment tal-Istorja tal-Arti fl-Università ta’ Malta. Fl-2005 ġie milqugħ bħala Andrew W. Mellon Senior Fellow fid-Dipartiment tal-Arti Ewropea tal-Metropolitan Museum of Art fi New York u ġie elett Trustee fl-Assoċjazzjoni tal-Istoriċi tal-Arti f’Londra fl-2012. Huwa l-awtur ta’ bosta xogħlijiet dwar Caravaggio, l-arti u l-iskultura Barokka ġewwa Malta u lilhinn, u kellu sehem estensiv fi proġetti internazzjonali ta’ riċerka, kif ukoll bħala kuratur ta’ numru ta’ eżebizzjonijiet.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article