F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra, Rachelle Deguara tkellmet ma’ Lawrence Gatt.

Mal-mistieden tkellimna dwar il-kitba tal-letteratura f’qafas usa’ ta’ attività politika, in-novelli tal-awtur bħala rappreżentazzjoni u l-preservazzjoni tal-karattru Malti, is-sors tad-drama fil-kitbiet tiegħu, l-istil realistiku u r-relazzjoni tiegħu ma’ Ġużè Chetcuti, fost l-oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Lawrence Gatt ġie elett fil-Parlament Malti fl-1971 u dam jirrappreżenta lill-kostitwenti tiegħu għal 25 sena. Serva fis-sitt u s-seba’ leġiżlatura bħala Ministru tal-Iżvilupp tal-Produzzjoni, u Ministru tal-Agrikolutra u s-Sajd. Ippubblika għadd ta’ kotba, fosthom stejjer umoristiċi, ġabra ta’ poeżiji u rumanzi, bl-aħħar wieħed joħroġ fl-2017. Huwa wkoll membru tal-Għaqda Poeti Maltin u l-Akkademja tal-Malti.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article