F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet ma’ Toni Sant.

Mal-mistieden tkellimna dwar l-arkivjar diġitali tal-materjal, in-natura tal-eżistenza tal-prodott artistiku, il-katalgu ta’ mużika Maltija M3P, l-arti bħala parti minn arkivju, meta jew jekk għandux jinqered materjal artistiku arkivjat, Charles Clews u l-ktieb Parallel Existences rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb għall-Aħjar Produzzjoni ta’ Ktieb fl-2019 (kotba 2018), fost l-oħrajn.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Dr. Toni Sant huwa akkademiku u xandar. Jaħdem bħala direttur f’laboratorju tal-kurazzjoni diġitali f’Media City fl-Ingilterra. Huwa d-Direttur Artistiku ta’ Spazju Kreattiv f’Malta. Fuq is-sit tiegħu tonisant.com jorganizza poddati mużikali regolarment.

Il-Kunsill Nazzjonalli tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.


Share Article