Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018

DETTALJIDETTALJIDETTALJI

  • Wednesday | March 21, 2018
  • 9:00 am

Il-Festival se jsir fil-quadrangle tal-Università fil-21-22-23 ta’ Marzu u se jkun miftuħ fil-21 u fit-22 ta’ Marzu mid-9am sa l-4pm u mid-9am sa tard nhar il-Ġimgħa 23 ta’ Marzu. Il-programm huwa mimli attivitajiet, li jinkludu tnidijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, intervisti u taħditiet ma’ awturi, artisti u akkademiċi, kollha maħsuba biex jindirizzaw kwistjonijiet li għandhom ikunu ta’ interess kbir għal studenti universitarji kif ukoll għall-membri tal-pubbliku li għandhom għal qalbhom il-kotba u l-letteratura.

Il-Ktieb Festival fuq il-Kampus, li huwa mtella’ mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb f’kollaborazzjoni mal-Għaqda tal-Malti – Università, huwa miftuħ għal studenti, akkademiċi u membri tal-pubbliku. Għal aktar informazzjoni segwi l-paġna FB u s-sit tal-Kunsill (www.ktieb.org). Tista’ tniżżel il-programm f’format pdf hawnhekk (verżjoni għall-mowbajl).