Comments are off for this post

Taħt il-Qoxra: Id-Direttiva tal-UE dwar id-Drittijiet tal-Awtur

F’dan l-episodju mis-sensiela Taħt il-Qoxra Rachelle Deguara tkellmet mal-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb, Mark Camilleri, dwar id-Direttiva tal-Unjoni Ewropea dwar id-Drittijiet tal-Awtur fis-Suq Uniku Diġitali.

Camilleri tkellem dwar x’tikkonsisti d-direttiva, kif se tkun qed tipproteġi lill-awtur u ssaħħaħ il-pożizzjoni tiegħu rigward id-drittijiet, kif id-direttiva tolqot lill-industrija tal-pubblikazzjoni f’Malta, dwar l-importanza tas-sapport tal-kittieba u dwar il-kompetenza tal-KNK biex imexxi bit-traspożizzjoni tad-direttiva f’isem il-Gvern, fost oħrajn.

Il-KNK iħeġġeġ lil kull awtur u awtriċi sabiex tibagħtu imejl fuq [email protected] li fiha tesprimu l-appoġġ tagħkom għal dan l-abbozz tagħna. Dan huwa d-direttorat governattiv li jieħu ħsieb il-Proprjetà Intellettwali u l-liġijiet marbutin.

Aċċessa dan il-qafas leġislattiv minn hawnhekk.

Isma’ l-intervista sħiħa hawnhekk.

Mark Camilleri huwa storiku u l-Kap Eżekuttiv tal-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb.

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jirringrazzja lill-PBS u lill-ħaddiema ta’ Radju Malta 1 għall-għajnuna bix-xandir tal-programm.