Kummenti huma off għal din il-kariga

Rapport Annwali għall-2019

Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb (KNK) bi pjaċir jippreżenta r-Rapport Annwali għall-2019.

Matul l-aħħar sena mimlija attivitajiet u sfidi ġodda, l-KNK kompla jikber b’żieda ta’ 80% mis-sena ta’ qabel fil-fondi pubbliċi allokati għall-ispiżi rikorrenti, u b’fondi kapitali għar-restawr ta’ binja tal-Gvern fi Triq Zekka, il-Belt Valletta. Fost affarijiet oħra dawn issarrafu f’konkorsi ġodda, żidiet fil-valur monetarju tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb, u investiment akbar fil festivals u l-attivitajiet kulturali organizzati mill-Kunsill. Għall-ewwel darba fl-istorja ta’ Malta, fl-2019, ġie ukoll imtella’ l-ewwel l-Kungress Nazzjonali tal-Kittieba fejn ġiet approvata l-Karta tad-Drittijiet Ekonomiċi tal-Kittieba.

Filwaqt li l-KNK jirringrazzja lil kull min ta sehem lejn is-suċċessi tas-sena li għaddiet, il-ħidma għall-2020 bdiet bil-ħerqa. Matulha il-KNK se jkompli jistinka biex jimplimenta il-viżjoni tiegħu u jassigura li l-industrija tal-kotba tikber u tmantni lilha nnifisha, anki permezz ta’ għoddod legali u bżonjużi li jkomplu jsostnu lill-industrija bl-aħjar mod.

Żuru dan is-sit għall-aġġornamenti dwar l-iskeda tal-KNK tul l-2020.

Segwi din il-ħolqa għall-verżjoni diġitali bil-Malti. Niżżel il-verżjoni għall-mowbajl minn hawnhekk.