
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb issa stabbilixxa ruħu bħala wieħed mill-akbar avvenimenti kulturali f’Malta relatati mal-kotba u l-qari. B’inqas minn ġimgħa għall-Festival, hawnhekk se ssib informazzjoni utli dwar l-edizzjoni ta’ dis-sena.
Il-programm tal-attivitajiet fih aktar minn 90 attività immirati għat-tfal, familji, professjonisti fil-pubblikazzjoni u l-pubbliku ġenerali. Wieħed jista’ jsib tnedijiet u preżentazzjonijiet ta’ kotba, konferenzi u taħditiet sa drammatizzazzjonijiet, premieres ta’ xogħlijiet awdjoviżivi, workshops, seminars u attivitajiet ta’ divertiment għat-tfal, fost oħrajn. Dawn l-attivitajiet jittellgħu mill-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb jew f’kollaborazzjoni mal-imsieħba u l-eżebituri tal-Festival.
Dis-sena l-mistiedna speÄ‹jali tal-Festival hija l-Imħallef Rosemarie Aquilina. Aquilina hija bint emigrant Malti fl-Istati Uniti u serqet ix-xena internazzjonali s-sena l-oħra meta ppresediet il-każ ta’ Larry Nassar, l-eks-kowÄ‹ tat-Tim Nazzjonali Amerikan tal-Ä innastika li nstab ħati li abbuża minn mijiet ta’ tfajliet tul 20 sena li kien ilu f’dik il-kariga.
L-Imħallef Aquilina se tkun qed tiÄ¡i intervistata minn Herman Grech, l-Editur ta’ Times of Malta, il-Ħamis 7 ta’ Novembru fit-8pm dwar il-karriera legali tagħha, l-attiviżmu, ir-rabta ma’ Malta u anki ż-żewÄ¡ rumanzi kriminal tagħha. Il-Ħamis fil-11am se tieħu sehem f’seminar u workshop li tħejja apposta għal studenti Universitarji. L-Imħallef Aquilina se tkun qed twieÄ¡eb għal mistoqsijiet minn panel distint li jinkludi lil Dr. Marceline Naudi mid-Dipartiment tal-Istudju tal-Ä eneru, Dr. Ruth Farrugia mill-Fakultà tal-LiÄ¡i u Dr. Lara Dimitrijevic mill-Women’s Rights Foundation.
It-tema ewlenija ta’ din l-edizzoni hija l-letteratura fantaxjentifika. It-tema ntgħażlet abbażi tar-rumanz rebbieħ tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018, Rokit ta’ Loranne Vella. Loranne se tkun qed tingħaqad mal-mistiedna internazzjonali l-oħra li lkoll għamlu isem għall-kitba ta’ dan il-ġeneru, waqt il-konferenza ewlenija li tiftaħ il-Festival li dis-sena ġġib l-isem ta’ ‘Strange New Worlds’. Jon Courtenay Grimwood (Ir-Renju Unit), Kali Wallace (l-Istati Uniti), Dave Rudden (l-Irlanda) u Loranne se jkunu qed jididskutu s-sisien tal-ġeneru, il-ħolqien ta’ realtajiet fittizji fejn l-azzjonijiet xorta waħda jsarrfu f’konsegwenzi li jinħassu tassew reali u l-letterarjetà tal-ġeneru fost suġġetti oħra, f’diskussjoni mmoderata mill-kittieb fantaxjentifiku Malti Mark Anthony Fenech.
Mal-1,700 student mistenija jżuru l-Festival kuljum u għalihom hemm preparati żewÄ¡ xows ibbażati fuq il-kotba rebbieħa tal-Premju Terramaxka tas-sena l-oħra. F’kollaborazzjoni mal-KNK, grupp ta’ atturi mmexxija minn Antonella Axisa se jadattaw Mamà , allura din imħabba? ta’ Moira Scicluna Zahra u Mark Scicluna għal tfal tal-primarja u Jarmuk ta’ Steven Lughermo għal tfal akbar. Il-mistieden internazzjonali Dave Rudden se jagħmel xow ukoll nhar il-Ä imgħa filgħodu. Rudden dar id-dinja jżur skejjel u jitkellem mal-istudenti dwar il-potenzjal tal-kitba fihom.
Imbagħad hemm ix-xows Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja ta’ DANUSAN, li se jsiru nhar il-Ä imgħa 8 ta’ Novembru fis-7pm, is-Sibt 9 ta’ Novembru fit-8pm u l-Ħadd 10 ta’ Novembru fit-3pm u li se jkunu bbażati fuq ir-rebbieħa tal-Premju Terramaxka ta’ din is-sena li jitħabbaru t-Tlieta 5 ta’ Novembru waqt iÄ‹-Ä‹erimonja tal-ftuħ tal-Festival. Ix-xows saru attività popolari waqt il-Festival, u l-familji Maltin u Għawdxin jistgħu jibbukkjaw il-biljetti minn fuq showshappening.com. Kull min jippreżenta l-biljett mal-bieb se jingħata vawÄ‹er ta’ 3€ li jissarraf mingħand l-eżebituri tal-Festival.
Is-Sibt 9 ta’ Novembru se jkun hemm is-serata ta’ xogħol awdjoviżiv ikkummissjonat mill-Kunsill fl-2019. Se jkun hemm il-premiere tant mistenni tal-film rebbieħ tal-Konkors Letterarju ta’ Films Qosra, Ä ulina, film qasir ta’ Peter Sant ibbażat fuq in-novella ta’ Alfred Sant li ġġib l-istess isem. Se jintwera wkoll episodju mis-sensiela ta’ dokudrama Storja ta’ Storja. Dan il-konkors tnieda aktar kmieni dis-sena u l-kumpanija rebbieħa hija Sajjetta. Is-serje qed issir taħt id-direzzjoni ta’ Charlie Cauchi u Martin Bonnici. Finalment fl-aħħar tas-serata titħabbar il-kumpanija rebbieħa tal-akbar fond li l-Kunsill ħareÄ¡ sa issa għal proÄ¡etti awdjoviżivi, il-Fond għall-Addattament ÄŠinematografiku.
Nhar il-Ä imgħa, jum il-poeżija waqt il-Festival, se jitħabbru r-rebbieħa tal-Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef, varat aktar kmieni dis-sena. Se jkun hemm qari ta’ poeżija minn poeti stabbiliti waqt avvenimenti speÄ‹jali fit-8pm,
Inizjattiva ġdida għall-Festival hija l-Inkontri Letterarji Qosra (Literary Speed Dating) ma’ professjonisti fil-pubblikazzjoni. L-inkontri se jagħtuk il-possibbiltà li titkellem mal-awtur, pubblikatur jew illustratur favorit tiegħek inkella tiddiskuti ma’ professjonisti stabbiliti waqt il-Festival. Ibbukkja l-kwarta tiegħek fl-Author’s Hub minn hawn: https://ktieb.org.mt/mt/inkontri-letterarji-qosra-ma-professjonisti-tal-pubblikazzjoni-waqt-il-festival-nazzjonali-tal-ktieb-2019/
Il-pubbliku jista’ juża l-Festival biex jiltaqa’ ma’ persuni veterani li jkunu ħallew marka fuq il-qasam tal-kotba f’Malta. Fil-fatt il-Premju tal-KNK għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba did-darba mar għand Dr. Lillian Sciberras.. Il-pubbliku jista’ jiltaqa’ magħha nhar il-Ħadd 10 ta’ Novembru fil-5pm, u jsir jaf aktar dwar il-karriera letterarja u professjonali tagħha.
Il-Kunsill Nazzjonali tal-Ktieb ħa ħsieb ukoll li jipprovdi mezz alternattiv ta’ trasport għall-Festival Nazzjonali tal-Ktieb. Ipparkja l-karozza l-Furjana u aqbad ix-shuttle tal-Festival li se topera kull nofs siegħa minn Bay A fit-Terminus tal-Belt lejn Dar il-Mediterran u oħra lura fl-istess ħin. Is-servizz huwa b’xejn u qed jiġi offrut minn Malta Public Transport. Għall-ħinijiet idħol www.ktieb.org.mt
Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb se jsir bejn l-Erbgħa 6 u l-Ħadd 10 ta’ Novembru, Dar il-Mediterran. Il-programm tal-attivitajiet tqassam ma’ Malta u Għawdex kollha. Tista’ tniżżlu minn hawn.
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 - joħroġ il-poster ta’ din l-edizzjoni
- Skema ġdida għall-eżebituri // Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020
- Żomm dad-dati: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2020 // Toħroġ il-formola għall-esebituri
- Pospost il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020
- L-Arti tal-Protesta waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus
- Ir-rebbieħ tal-Premju T.S. Eliot Mark Doty fost il-mistiedna internazzjonali tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020
- Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020: Il-Programm
- Il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2020 - titħabbar id-data u l-mistednin speċjali
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019 jasal fi tmiemu
- Jitħabbar ir-riżultat tal-Fond għall-Adattament Ċinematografiku tal-KNK
- Konkors Nazzjonali tal-Poeżija Doreen Micallef: Ir-Riżultati
- Jiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Premju Terramaxka 2019
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jiftaħ għada!
- The NBC visits the World Book Capital 2019: Sharjah
- Taħt il-Qoxra: Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb
- Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Inkontri Letterarji Qosra ma’ professjonisti tal-pubblikazzjoni waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Il-mistiedna lokali ewlenin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Loranne Vella u Dr. Lillian Sciberras
- ‘Strange New Worlds’ - il-konferenza li se tiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Il-qari, it-tfal u l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- L-esebituri tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Ħareġ il-programm tal-attivitajiet tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- L-Imħallef Rosemarie Aquilina l-mistiedna speċjali tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Sorpriżi u xejriet ġodda: Il-finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- ‘Il-Kotba Jieħdu l-Ħajja’ waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019: l-attivitajiet u l-awturi
- Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2019
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2019
- Kotba biss kotba spiss: l-attivitajiet letterarji waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2019
- Jitnieda l-programm tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2019
- Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus 2019
- Lillian Sciberras: Premju għall-Kontribut Siewi fil-Qasam tal-Kotba 2018
- Il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018 – avviż
- Ir-Riżultati tal-Premju Nazzjonali tal-Poeżija Mons. Amante Buontempo 2018
- Fetaħ il-Premju Nazzjonali tal-Ktieb: Premju Terramaxka 2018
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb jiftaħ għada: żomm dawn id-dati f’moħħok - 7-11 ta’ Novembru 2018
- Dak kollu li għandek tkun taf dwar il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb
- ‘Il-Letteratura fid-Dijaspora’: konferenza li se tiftaħ il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- Mistiedna lokali ewlenin waqt il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb: Lou Drofenik u Victor Fenech
- Iltaqa' mal-esebituri tal-Festival Nazzjonali tal- Ktieb 2018
- Ħareġ il-programm uffiċjali tal-avvenimenti fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- Tendenzi ġodda u sorpriżi fil-finalisti għall-Premju Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- 'Il-kotba jieħdu l-ħajja' fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- Il-Finalisti tal-Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2018
- Premju Nazzjonali tal-Ktieb u Terramaxka 2018
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018: attivitajiet u awturi
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- Festival tal-Ktieb fis-Sajf 2018 - Għawdex: Il-Programm
- Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2018
- Il-Festival tal-Ktieb għat-Tfal f’Cospicua
- Il-ftuħ tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus
- Fuzzhoneys u Crytpic Street għall-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Frankenstein fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- L-arti u t-test Dik il-Qtajra fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Jasmin B. Frelih fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus
- Palk Ħieles tal-Inizjamed waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Il-mużika folk sperimentali ta’ Noah Fabri fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- It-temi taboo diskussi waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Taħdita fuq Ċiklemfusa u l-ħrejjef fil-Fesitval tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Mill-karta għall-ktieb – L-arti tal-legatorija waqt il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Taħdita dwar William Blake u l-arti tal-istampar fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018
- Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2018: Il-Programm
- Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus 2018
- Tmiem il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Ir-Riżultati tal-Premju Nazzjonali tal-Poeżija Mons. Amante Buontempo
- Trevor Żahra bin-Norveġiż: Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Ros Barber fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Workshop Speċjalizzat fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Serata f'ġieħ Mario Azzopardi fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Shahd Alshammari fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Gilbert Sinoué fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Alex Vella Gera fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Konferenza: Il-Verità fil-Letteratura Fittizja u Dik mhux Fittizja
- Ħareġ il-Programm ta' Attivitajiet Kulturali: Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Workshop mal-ġurnalisti Rosie Goldsmith u Max Easterman: Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Konkors Letterarju tal-Arti għall-Festival tal-Ktieb
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017 - Dati u Attivitajiet
- Immanuel Mifsud fil-Festival tal-Ktieb fis-Sajf
- Iż-Żgħażagħ u l-Letteratura fil-Festival tal-Ktieb fis-Sajf
- Sessjoni ta' Qari minn Awturi Diversi - Festival tal-Ktieb fis-Sajf
- Clare Azzopardi u Loranne Vella fil-Festival tal-Ktieb fis-Sajf
- Donazzjoni ta' Kotba fil-Ftuħ tal-Festival tal-Ktieb fis-Sajf
- Ħareġ il-Programm tal-Festival tal-Ktieb fis-Sajf
- Il-Festival tal-Ktieb fis-Sajf - Għawdex
- Notifika // Ħarġet il-Formola tal-Applikazzjoni tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2017
- Konkors Letterarju tal-Arti: Sejħa għall-Artisti
- Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: Tmiem
- Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: It-Tieni Jum
- Ħarsa lejn il-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus: L-ewwel jum
- Ħareġ il-Programm tal-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017
- Caroline Smailes fil-Festival tal-Ktieb fuq il-Kampus 2017
- Imħejji l-Festival tal-Ktieb Fuq il-Kampus
- Ftakar dawn id-dati! Festival tal-Ktieb
- REBBIEĦA TAL-KONKORS TAL-POEŻIJA 'MONS' AMANTE BUONTEMPO' 2016
- Jiġi fi tmiemu l-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016!
- Rebbieħa tal-Premju Terramaxka 2016
- Il-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016 jiftaħ għada!
- Basma Abel Aziz fil-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016
- Promo tal-Festival Nazzjonali tal-Ktieb 2016